Paniku 3

€20,00
Type: Card Games

Description

Logħba bilingwi bejn il-familjari u l-ħbieb

F’din il-logħba oriġinali, kull plejer jieħu kard mill-mazz tan-nofs, li fiha jkun hemm frażi li titlob mill-plejers l-oħra li jagħtu lista b’numru partikolari ta’ affarijiet. Is-suġġetti huma varji. Il-plejers l-oħrajn iridu jgħajtu din il-lista partikolari f’10 sekondi mill-mument li jingħafas il-bażer biex itellfu l-kard lill-plejer. Bil-kards li jibqgħu f’idejn il-plejer, dan irid jgħaqqad disinn ta’ sitt jew disa’ kaxxi, basta t-truf tal-kaxxi jaqblu! Min mill-plejers jirnexxilu jgħaqqad is-sett kollu l-ewwel, jirbaħ.

• logħba li tkabbar it-tagħrif ġenerali tal-plejers
• tgħin fil-komunikazzjoni bejn il-plejers u l-kollaborazzjoni fi grupp
• logħba li tqanqal il-plejers jaħsbu u anke jfittxu mill-internet jew mill-kotba għal dik l-informazzjoni li ma jkunux jafu
• il-ħoss tal-bażer tal-10 sekondi jżid fl-eċitament tal-logħba sakemm il-plejers jagħtu l-listi mitluba
• logħba ideali għal studenti barranin li qed jibdew jitgħallmu l-Malti u viċeversa
• f’din il-logħba jispikka l-element Malti fil-listi mitluba fil-kards

 

Suitable for children aged: 7+