Description
Logħba bis-sens għall-aħħar!
Irreċta l-kelma jew frażi jew iħħammja d-diska, pinġi fuq dahar sieħbek jew pinġi mgħammad, wieġeb tajjeb għall-mistoqsijiet jew ipprova aqta’ l-ħaġa moħġaġa. Dawn u aktar qed jistennewk f’din il-logħba veru Bis-Sens li tintlagħab fi grupp.
M’hemmx għalfejn tkun bravu jew xi artist, l-importanti li kapaċi tinftiehem, u li kulħadd jagħti sehmu.
• logħba mżewqa li tinkludi tpinġija, mima, reċtar, kif ukoll mistoqsijiet
• tisħiħ fl-għarfien ġenerali dwar Malta u l-lingwa Maltija
• 200 mistoqsija jew attività mqassmin f’4 pakketti kards b’temi differenti
• sigħat ta’ gost u divertiment f’ambejnt familjari jew bejn il-ħbieb
il-kontenut
Il-bord, 4 mazzi kards b’50 kard f’kull mazz, 4 pedini u dada tal-injam, klessidra ta’ 60 sekonda, u l-istruzzjonijiet.
2–6 players
Suitable for children aged: 7+