Description
Logħba bilingwi bejn il-familjari u l-ħbieb
F’din il-logħba oriġinali, kull plejer jieħu kard mill-mazz tan-nofs, li fiha jkun hemm frażi li titlob mill-plejers l-oħra li jagħtu lista b’numru partikolari ta’ affarijiet. Is-suġġetti huma varji. Il-plejers l-oħrajn iridu jgħajtu din il-lista partikolari f’10 sekondi mill-mument li jingħafas il-bażer biex itellfu l-kard lill-plejer. Bil-kards li jibqgħu f’idejn il-plejer, dan irid jgħaqqad disinn ta’ sitt jew disa’ kaxxi, basta t-truf tal-kaxxi jaqblu! Min mill-plejers jirnexxilu jgħaqqad is-sett kollu l-ewwel, jirbaħ.
- logħba li tkabbar it-tagħrif ġenerali tal-plejers
- tgħin fil-komunikazzjoni bejn il-plejers u l-kollaborazzjoni fi grupp
- logħba li tqanqal il-plejers jaħsbu u anke jfittxu mill-internet jew mill-kotba għal dik l-informazzjoni li ma jkunux jafu
- il-ħoss tal-bażer tal-10 sekondi jżid fl-eċitament tal-logħba sakemm il-plejers jagħtu l-listi mitluba
- logħba ideali għal studenti barranin li qed jibdew jitgħallmu l-Malti u viċeversa
- f’din il-logħba jispikka l-element Malti fil-listi mitluba fil-kards
il-kontenut
198 kard, bażer ta’ 10 sekondi, żewġ kards bl-istruzzjonijiet
Għaqqad 6 jew 9 kards flimkien biex tirbaħ… imma l-ewwel irid jirnexxilek takkwista l-kards filwaqt li tagħmel minn kollox biex ma tħallix lil sħabek ilestu qablek!
Match 6 or 9 cards together to win… but first, you need to get your hands on the cards while making sure not to let your friends beat you to it!
Bis-sehem tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu
2-6 plejers
Suitable for children aged: 7+