Ambura

€25,00 Regular price €40,00
Type: Board Game

Description

Fil-logħba Ambura, kull plejer ikollu bord li jirrappreżenta abitat li fih irid irawwem u jgħammar bil-flora u fawna li nsibu fil-gżejjer Maltin, jiġifieri għasafar, insetti u annimali, pjanti, u arbuxxelli u siġar. Sabiex il-plejers jilħqu dan l-objettiv ikollhom bżonn diversi Esperti u numru ta’ Riżorsi.

  • permezz ta’ din il-logħba l-plejers jiffamiljarizzaw ruħhom mal-flora u fawna li nsibu fil-gżejjer Maltin, jitgħallmu l-ismijiet tagħhom bil-Malti u jammiraw u japprezzaw il-ġmiel tagħhom mill-qrib
  • ritratti mill-isbaħ tal-flora u fawna Maltija
  • logħba li saret b’konsultazzjoni ma’ diversi esperti tal-flora u fawna Maltija, fosthom Guido Bonett, Natalino Fenech u Stephen Mifsud

Il-plejers iridu jippopolaw l-abitat tagħhom bil-flora u fawna li nsibu fil‑gżejjer Maltin bl-għajnuna tal-esperti u bis-saħħa tar-riżorsi.

Partu, innegozjaw u ħaddmu raskom sabiex tlestu qabel sħabkom!

Bejn 2-6 plejers

Bis-sehem tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu

Suitable for children aged: 7+